• K. P. għall-Implimentazzjoni tas-Sinodu
  • K. P. Familja
  • K. P. Djakonija
  • K. P. Ambjent
  • K. P. Liturġija
  • K. P. Kateketika
  • K. P. Patrimonju Żebbuġi
  • K. P. Fund Raising
  • K. P. Żgħażagħ
  • K. P. Relazzjonijiet
    Pubbliċi u Media

Kummissjoni Parrokkjali għall-Implimentazzjoni tas-Sinodu

  1. Torganizza l-Assemblea Parrokkjali fil-bidu ta’ kull sena pastorali fuq id-direttivi mill-Arċidjoċesi ta’ Malta. Issegwi d-deċiżjonijiet fuq il-proposti li jkunu saru fl-istess Assemblea Parrokkjali, u ssegwi l-progress ta’ dawn il-ħidmiet

 

Kummissjoni Parrokkjali Familja

Darba fis-sena tiġi organizzata laqgħa fuq bażi ta’ Unita’ Pastorali bejn erba’ Parroċċi.

Għall-festa tas-Sagra Familja, il-Kummissjoni, flimkien mal-membri nisa tal-Azzjoni Kattolika, torganizza Quddiesa li matulha niċċelebraw l-anniversarji taż- żwieġ, segwita minn festin ċkejken.

Bejn Mejju u Ġunju, il-Kummissjoni, flimkien mal-membri nisa tal-Azzjoni Kattolika , torganizza Quddiesa filgħaxija għall-koppj li kellhom tarbija matul is-sena li tkun għaddiet, u fi tmiem il-Quddiesa, jiġu ippreżentati t-trabi u tingħata tifkira żgħira mill-Arċipriet.

F’Diċembru jiġi organizzat seminar għall-koppji għarajjes li jkunu se jiżżewġu fix- xhur ta’ wara. Is-seminar jinfetaħ mill-Arċipriet, u matulu jkun hemm ħin għal workshops bis-sehem tal-koppji. Wara waqfa qasira, issir diskussjoni dwar dak li jkun intqal fil-workshops. Is-seminar jintemm bit-tqassim taċ-ċertifikati tal-attendenza.

Kull xahar, grupp żgħir ta’ koppji miżżewġa jiltaqgħu f’Villa San Filep, fejn jiġu mistiedna kelliema li jiżvolġu suġġetti  li jitrattaw il-koppji u l-familja, bit-tema “FAMILJA AĦJAR”.

Il-Kummissjoni tagħti s-sehem tagħha fil-Quddiesa tan-Novena tal-Milied, u waqt l-Eżerċizzi tar-Randan.

Kummissjoni Parrokkjali Djakonija

Tmexxi ċentru għall-persuni b'diżabilita’ kull nhar ta' Ġimgħa ġewwa 'Villa San Filep', fejn jiġu mħejjija diversi attivitajiet.

Kummissjoni Parrokkjali Ambjent

  1. Tqajjem kuxjenza favur ambjent aħjar f’Ħaż-Żebbuġ u l-madwar fost it-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji Żebbuġin.

Kummissjoni Parrokkjali Liturġija

Il-Kummissjoni Liturġija tgħin biex fil-Parroċċa l-komunita’ tiċċelebra aħjar il-Liturġija. Għalhekk tara li aktar lajċi jkunu impenjati biex jagħtu servizz, filwaqt li tgħin lil dawk li huma impenjati. 

Il-Kummissjoni torganizza laqgħat ta’ formazzjoni u ta’ talb għall-Letturi, Animaturi u Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Dawn jieħdu sehem ukoll fl-laqghat u seminars li torganizza l-Unita’ (il-Parroċċi ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ) biex b’hekk ikunu jistgħu jiddiskutu flimkien dak li jkun qed isir fil-Parroċċi differenti ħalli jingħata servizz aħjar lill-Komunita’. 

Il-Kummissjoni tieħu ħsieb in-Novena tal-Milied u l-Adorazzjoni tal-Ħamis wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija bis-sehem tal-Għaqdiet u tal-Viċi Arċipriet. 

Torganizza wkoll Adorazzjonijiet għall-Ministri tat-Tqarbin. 

Tieħu ħsieb torganizza s-sehem tal-Letturi, Animaturi u Ministri tat-Tqarbin għall-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u fil-Festa tad-Duluri. Barra minn hekk, torganizza wkoll il-Via Sagra Solenni.

Kummissjoni Parrokkjali Kateketika

    Torganizza laqgħat bejn il-katekisti kollha biex flimkien jippjanaw il-ħidma fost it-tfal. Tgħin fl-organizzazzjoni tal-Quddiesa għat-tfal kull nhar ta’ Ħadd filgħodu fid-9.30am fil-Knisja Arċipretali. Torganizza seminar għall-ġenituri tat-tfal li jkunu ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof. Torganizza l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma ta’ l-Isqof. Reġistrazzjoni tat-tfal għad-Duttrina, għall-Ewwel Tqarbina, u għall-Griżma tal-Isqof,  Din ir-reġistrazzjoni ssir fl-ewwel ġimgħat ta’ Settembru fiċ-Ċentri tad-Duttrina.

Kummissjoni Parrokkjali Patrimonju Żebbuġi

  1. Tieħu ħsieb il-patrimonju Żebbuġi billi tagħmel rapporti fuq proprjetajiet parrokkjali, eż. kappelli u knejjes żgħar, iċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’, is-Sala Parrokkjali ‘Dun Mikiel Xerri’, u kull fejn tħoss li għandu jsir xi intervent biex nippreżervaw dak li ħallewlna missirijietna.

Kummissjoni Parrokkjali Fund Raising

  1. Tieħu ħsieb torganizza attivitajiet differenti fejn permezz tagħhom tkun qed toffri rikreazzjoni għal kulħadd, u fl-istess ħin tiġbor fondi għall-ħidma pastorali.

Kummissjoni Parrokkjali Żgħażagħ

Tieħu ħsieb l-organizzazzjoni u l-koordinament tal-attivitajiet immirati għaż-żgħażagħ fil-Parroċċa, bl-iskop li dawn iservu ta’ għajnuna fit-tiġdid spiritwali tagħhom u jgħinuhom jitqarrbu aktar lejn Alla u lejn il-Parroċċa, filwaqt li jibnu relazzjoni aktar profonda u spiritwali ma’ Ġesu’ Kristu.

Kummissjoni Parrokkjali Relazzjonijiet Pubbliċi u Media

  1. Li twassal tagħrif fuq ġrajjet u mixjet il-Parroċċa u l-ħidma mwettqa mill-Arċipriet u l-Kleru, mill-għaqdiet reliġjużi u gruppi oħrajn parrokkjali – tagħrif li jiswa ta’ ħolqa bejn il-parruċċani kollha u ta’ tħeġġiġ għal sehem akbar u usa’ f’din il-ħidma parrokkjali.